Statute

Main News Links Statute Players Sponsors Guestbook Contact Us Futsal Rules National Team Match Reports Photo Gallery I Photo Gallery II Season 2006-2007 Season 2005-2006 Season 2004-2005 Season 2003-2004 Season 2002-2003

 

 

 

JEEPERS FUTSAL CLUB

Website: www.jeepersfc.freeservers.com

Indirizz Postali: c/o St Jude Court, Blokk 9, Flat 11, Pjazza Reggie Miller, Fgura, Malta

________________________________________________________________________

 

STATUT

 

ISEM U SKOP TAL-KAZIN

 

  1. L-isem tal-kazin huwa Jeepers Futsal Club.
  2. L-iskopijiet ewlenija tal-kazin huma dawn :

 

·                     Li jinkoraggixxi l-isports tal-Futsal fil-gzejjer Maltin.

·                    It-tmexxija ta’ tim jew timijiet biex jiehdu sehem fil-kompetizzjonijiet mizmuma taht il-Malta Football Association.

 

  1. Il-kuluri tal-kazin huma dawk tal-flokkijiet tat-tim. Dawn il-flokkijiet jinbidlu min zmien ghal zmien.
  2. Il-motto tal-kazin huwa : “JEKK MHUX ILLUM, IKUN GHADA”

 

SHUBIJA FIL-KAZIN

 

  1. Il-plejers li jiehdu sehem fil-friendlies tal-kazin huma elegibbli biex ikunu membri.
  2. Kull persuna hija elegibbli biex tkun membru regolari tal-kazin wara li tigi approvata mill-kumitat.
  3. Persuna approvata bhala membru tal-kazin tkun imhegga takkwista l-kit originalI tal-kazin
  4. Wara li persuna tkun approvata mill-kumitat, dan ghandu jhallas il-parti tieghu ta’ l-ispiza wara kull sezzjoni ta’ tahrig li tista tinkludi spejjez bhal hasil ta’ hwejjeg tal-kazin, hlas ghall-kiri tal-grawnd ghat-tahrig u spejjez ta’ affiljazzjoni f’kompetizzjonijiet tal-Futsal.
  5. Kull plejer li jattendi it-tahrig nhar ta’ Hamis jew fi kwalunkwa gurnata ohra kif deciz mill-kumitat, ikollu post riservat ghall-gimgha ta’ wara.
  6. Jekk player ifalli sezzjoni ta’ tahrig jitlef postu ghall-gimgha ta’ wara u postu jittiehed mill-iktar plejer li ilu jattendi regolarment it-tahrig.
  7. Preferenza f’dan il-kaz tinghata lil min ghandu l-kit komplut tal-kazin.
  8. Kull min jinstab jaghmel hsara fil-propjeta tal-kazin, ikun responsabbli personalment ghall-hsarat li jikkaguna u irid ihallas l-ispejjez, skond kif jiddeciedi il-kumitat.
  9. Kull membru hu fid-dmir li jkun onest u ta’ kelmtu u li jgharraf lill-kumitat b’xi mgieba ta’ xi membru jew membri li ma tkunx taqbel mar-regolamenti jew l-istatut tal-kazin. Min jonqos minn dan id-dmir ikun meqjus bhala hati lejn il-kazin.
  10. Il-kumitat ghandu d-drtitt li jitlob ir-rizenja ta’ membri regolari ghal ragunijiet li jafhom biss il-kumitat.
  11. Il-kumitat ghandu d-dritt isejjah quddiemu kull membru tal-kazin jekk jahseb li dan mhux jaqdi sew dmiru lejn il-kazin. Il-kumitat biss jiddeciedi x’dixxiplina ghandha tinghata f’kazi bhal dawn.
  12. Il- membri tal-kazin kollha huma obbligati li jobdu kull ordni u struzzjonijiet moghtija lilhom mill-coach u jridu joqoghdu ghad-decizjonijiet moghtija lilhom mill-kumitat.

 

  1. Il-players ghandhom jattendu regolamnet ghall-kull laqgha, lecture jew tahrig kif iffissat mill-kazin.
  2. Ma jistghux isiru waqt attivitajiet tal-kazin diskussjonijiet fuq partiti politici jew diskorsi li joffendu l-morali jew ir-Religjon Kattolika jew kliem fahxi jew diskors li jistghu b’xi mod ifixklu l-amministrazzjoni tal-kazin.
  3. Membri tal-kazin ma ghandomx jattendu iktar ghal attivitajiet organizzati mill-kazin jekk ma jaqblux ma’ kwalunkwe min dawn ir-regolamenti ta’ dan l-istatut.

 

 

KOSTITUZZJONI

 

  1. Il-kazin jitmexxa minn kumitat ta’ mhux inqas minn tlieta (3) u mhux aktar minn hames (5) persuni li jigu eletti f’seduta Generali Annwali mizmuma skond l-artikoli hawn taht imemmija. Il-membri ufficjali  huma ta’ l-inqas il-President, is-Segretarju u t-Tezorier. Jista jkun hemm ukoll membri oridnarji, jekk ikun hemm bzonn. Il-kumitat ghandu d-dritt jahtar ukoll delegat jew delegati minn fost l-ufficjali jew il-membri ordinarji li jirraprezentaw il-kazin fil-M.F.A.
  2. Il-President, is-Segretarju, it-Tezorier u l-membri ordinarji jzommu posthom ghall-sena. Il-kumitat ghandu jirrezenja jekk jinghata vot ta’ sfiducja fih fuq mozzjoni f’dan ir-rigward, mill-kumitat stess jew minn Laqgha Generali Straordinarja msejha ghalhekk. F’ dan il-kaz, il-kumitat il-gdid irid jigi elett fi zmien hmistax (15) il-gurnata.
  3. Fil-perjodu meta ma jkunx hemm kumitat, il-kazin jitmexxa mill-ufficjali tal-kumitat.
  4. L-istatut japprova li t-Tezorier jiehu hsieb l-infieq u d-dhul tal-kazin. Kull spiza ghandha tigi rrapurtata lill-kumitat.
  5. Infieq ta’ il-fuq minn Lm20 ghandhom jigu effetwati b’pagament ta’ cekk.
  6. Il-firmatarji tal-kont bankarju mizmum f’isem il-kazin ghandhom ikunu il-President, is-Segretarju jew it-Tezorier.
  7. It-Tezorjier ghandu jipprezenta fi zmien sebat ijiem rendikont finanzjarju jekk ikun mitlub jaghmel dan minn xi membru tal-kumitat jew tal-kazin.
  8. Rendikont finanzjarju ghandu jkun ipprezentat ukoll fil-Lagha Generali Annwali

 

ELEZZJONI TAL-KUMITAT

 

  1. Il-kumitat ikun maghzul f’Laqgha Generali Annwali msejha fi zmien opportun skond ir-regolamenti tal-M.F.A. F’din il-laqgha irid isir:

 

a)                  Qari tal-minuti

b)                  Diskors mill-President

c)                  Rapport Aministrattiv mis-Segretarju

d)                  Qari tal-Balance Sheet

e)                  Amendi jew tibdil fl-istatut (jekk ikun hemm bzonn)

f)                    Hatra ta’ zewg awdituri

g)                  Hatra ta’ election board ghall-Kumitat il-gdid

h)                  Elezzjoni ta’ President, Segretarju u Tezorier (jekk ikun hemm bzonn)

i)                    Elezzjoni ghall-membri ordinarji tal-kumitat (jekk ikun hemm bzonn)

 

  1. Il-membri regolari ghandhom jigu notifikati ghal din il-Laqgha Generali Annwali mhux inqas minn hmistax (15) il-gurnata qabel.
  2. In-nominazzjonijiet tal-kandidati ghall-elezzjoni tal-kumitat ghandhom jaslu bil-kitba ghand is-Segretarju fi zmien stipulat mill-kumitat. Dawn in-nominazzjonijiet ghandhom ikunu akkumpanjati minn certifikat, iffirmat mill-persuna li huma nnominaw, fejn jghid li jaccetta li johrog ghall-elezzjoni tal-kumitat. In-nominazjonijiet ghandhom ikunu iffirmati mill-proponent u s-sekondant. Il-propost, il-proponent u s-sekondant ghandhom ikunu regolari fil-menswalita’ taghhom.
  3. F’kaz ta’ urgenza ghall-imsemmi avviz u cirkulari, it-terminu ta’ hmistax (15) il-gurnata hawn fuq imsemmi jista’ jigi mnaqqas. Il-Kumitat jiddeciedi dwar l-urgenza tal-laqgha.
  4. Fil-Laqgha Generali l-quorum ikun ta’ erbghin fil-mija (40%) tal-membri regolari. F’nuqqas ta’ quorum, is-seduta tista ssir nofs siegha wara jekk il-maggoranza tal-membri prezenti hekk tiddeciedi.
  5. Jekk matul is-sena jkun hemm xi vakanzi fil-kumitat dawn ghandhom jigu mimlija bil-membri li ma jkunux gew eletti imma jkunu gabu l-iktar numru ta’ voti fost dawk li ma telghux.
  6. Fil-kaz ta’ zewg membri li jkunu gabu l-istess numru ta’ voti ssir bye-election fl-istess Laqgha Generali.
  7. Il-kumitat jista jahtar kummissjonijiet jew sotto kumitati. Dawn ghandhom jassistu lil-kumitat centrali, izda ma jkunux jistghu jikkontestaw ordnijiet jew decizjonijiet mehuda mill-Kumitat centrali.
  8. Kull decizjoni li jiehu l-kumitat tkun finali sakemm ma tkunx revokata jew amendata minn Laqgha Generali.
  9. L-interpretazzjoni tar-regolamenti hija f’idejn il-kumitat jew il-Laqgha Generali meta din tkun imlaqqa’ F’xi kaz li mhux imsemmi hawn fuq, il-kumitat ghandu d-dritt jagixxi skond ic-cirkostanzi.